Bis-sagħtar u l-ħatar, u l-ħin kollu jitmatar.Ir-ragħaj m'għandux xogħlu impenjattiv ħafna meta tqabbel ma' xogħlijiet oħra.
Min jaqbad ix-xlief, ħajtu ssir tlief.Xogħol is-sajjied (= dak li jaqbad ix-xlief) huwa diffiċli ħafna u aktar jitlef milli jaqla'. Tlief huwa l-plural ta' telf.
Għall-imwaħħar jeħtieġ tbaħħar.Jekk tiżra' wisq tard fl-istaġun ikollok bżonn miraklu biex tieħu xi ħaġa. Imwaħħar tfisser tard. Tbaħħar jiġifieri tkeċċi l-ispirti l-ħżiena.
L-andar bil-ħalel kbar jagħti lin-nies u lill-ħmar.Bis-saħħa tad-dris il-bnedmin u l-annimali jkollhom x'jieklu. L-andar huwa l-qiegħa għad-dris.
Ja għasfur tbaħbaħ u nfela; waslet għalik ir-rebbiegħa, ladarba fl-art ix-xgħir mela.Meta tasal ir-rebbiegħa, l-għasafar ikollhom fejn jinnamraw u jagħmlu l-bejta tagħhom.