April ħobżna fil-mindil.Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal. Il-mindil huwa d-dvalja.
Bix-xita f’Marzu u April, tinġabar l-annata.L-uċuħ tar-raba' jikbru bix-xita li tagħmel f'Marzu u April.
Xita fi dħul April, karru deheb u ieħor ħarir.Ix-xita fil-bidu ta’ April tagħmel ġid lill-uċuħ tar-raba’.
F’April ħobża kbira fil-mindil.Il-qamħ jimla f’April, u l-ħaddiema jkollhom iżjed ħobż biex iżommhom matul ġurnata tax-xogħol itwal. Il-mindil huwa d-dvalja.
Bil-kumplament tajjeb t’April, l-uċuħ kollha taqbeż u ttir.Jekk it-temp ikun tajjeb f'April, l-uċuħ tar-raba' ma jbatux.