Min jgħawwed jgħawweġ.Bil-gideb u t-tgħawwiġ tal-fatti, il-bniedem ħażin jagħmel il-ħażin u jerġa' (= jgħawwed).
Meta l-volpi ma kienx jilħaq l-għeneb, qal li kien qares.Min ma jkunx jista' jikseb xi ħaġa jmaqdarha.
Ibża’ minn min iżomm il-kuruna twila.In-nies ipokriti warrbilhom. Kuruna tfisser kuruna tar-rużarju, li żżommha twila biex kulħadd jaraha.
Min għandu sebgħu dritt minn xejn ma jibża’.Min hu onest u ġust m'għandu għalfejn jibża' minn ħadd u minn xejn.