Tħallas mill-ewwel, għax jaf ma tarahom qatt dawk il-flus.
Il-kont u l-għadd ma jistħu minn ħadd.
Ikkontja u għodd bi preċiżjoni biex tkun taf l-affarijiet tiegħek u ma jqarrqux bik.
Kategoriji: in-negozju
Qwiel relatati
Fin-negozju m’hemmx ħbieb.
Fin-negozju l-flus jiġu qabel il-ħbieb.
Għall-bejjiegħ biżżejjed għajn waħda, għax-xerrej mitt għajn.
Min ibigħ jaf ikun irid jeħles mill-oġġett akkost ta’ kollox, u għalhekk ix-xerrej għandu joqgħod attent biex ma jitqarraqx.
Meta tixtri, ixtri għalik u għas-suq.
Meta tbigħ bl-ingrossa, jeħtieġ li tkun raġonevoli biex min jixtri mingħandek ikun jista' jaqla' xi ħaġa tal-flus wkoll.
L-abjad xommu u erfgħu.
Drapp abjad malajr jitħammeġ, trid tieħu iżjed ħsiebu.
Bid-dieħel ħalli l-għanqbut jiddendel u bil-ħiereġ illustra l-post.
Meta tibda tagħmel il-flus tiftaħarx u meta tibda titlifhom ftaħar xi ftit biex ħadd ma jinduna.
