Meta d-dulliegħa tonfoħ, il-bergħuda tolfoq.Meta f'Lulju jkun beda jikber id-dulliegħ (= jonfoħ), il-briegħed jibda jmut.
Lulju l-ħajjatin jibdew jaqilgħu xi karlin.F’Lulju jkun hemm iżjed domanda għall-ilbies tal-okkażjoni, u b’hekk il-ħajjata jkollhom iżjed xogħol. Karlin huwa munita antika li m’għadhiex tintuża.