Il-qamar ta' Settembru juri x'temp ser jagħmel fix-xhur li ġejjin.
kategorija
il-qamar
Qamar rieqed baħar imqajjem; qamar wieqaf baħar bnazzi.
Meta l-qamar ikun f'pożizzjoni aktar orizzontali, l-baħar ikun imqalleb, u meta l-qamar ikun f'pożizzjoni aktar vertikali, il-baħar ikun kalm.
Qamar Jannar ħareġ il-bniet mill-għar.
Il-qamar ta' Jannar ikun jiddi ħafna iżjed mix-xhur l-oħra.
Qamar Frar kull siġra tagħmel l-għabar.
Superstizzjoni li l-qamar fi Frar iħeġġeġ lis-siġar jagħmlu l-fjuri (l-għabar).
Qamar bil-qiegħa riħ isfel iġib.
Meta l‑qamar ikollu dija (= qiegħa) madwaru, ikun riħ isfel.
Min għall-mulett ixammar jifdallu xi jqammar.
Il-mulett iżjed faċli jinqabad meta jkun jidher il-qamar. Ixammar tfisser jistad.
Meta l-qamar irabbi l-qiegħa, tista’ tgħid li hu riħ isfel.
Meta l-qamar ikollu dija madwaru, ikun riħ isfel.
Meta l-qamar ikun immejjel juri li jkun ġej il-maltemp.
Ikun mistenni l-maltemp meta l-qamar ikun immejjel.
Meta l-qamar ikollu l-għalqa lesti biex tisma’ b’xi għarqa.
Meta l-qamar ikollu ċerta dija mad-dawra tiegħu, sinjal li jkun ġej maltemp kbir u għalhekk ma tridx tersaq lejn il-baħar għax jieħdok.
Meta d-dinja tmiegħkek, il-qamar fl-aħħar iżiegħdek.
Superstizzjoni Maltija fejn kienu jemmnu li jekk il-biedja tkun sejra ħażin, il-qamar ipattilek u jġiblek ir-risq.
Iżra’ u laqqam f’qamar xiħ.
Għandek tiżra' u tlaqqam meta jkun qamar xiħ, jiġifieri l-qamar ikun lejn l-aħħar tax-xahar tiegħu qabel jintilef.
Il-qamar mimli imma le jsellimli.
Meta l-mara ma tarax demm mestruwali, dan huwa sinjal li rnexxielha tinqabad tqila. Il-qamar mimli jirreferi għall-fatt li jkun għadda xahar.
Il-qamar jimla meta l-qalb tkun ħimla.
Meta l-qamar ikun qed jimla', tiżdied l-attrazzjoni sesswali. Ħimla tirreferi għall-emozzjonijiet.
Il-qamar bil-pipa f’ħalqu u kulħadd kif Alla ħalqu.
Il-karattru tal-bniedem diffiċli jinbidel, għax hekk maħluq.
Dak li ġġib fil-qamar, f’ebda kwart ma jkollu sabar.
Dari kienu superstizzjużi u kienu jemmnu li t-tfal li jiġu konċeputi fid-dawl tal-qamar tassew kien jagħtihom tal-qamar!
Il-qwiel kollha, f’post wieħed.