Distratt il-għaref, jaf x’inhu jagħmel il-ħmar?Anke min hu intelliġenti ma jafx xi jrid isir, aħseb u ara min hu injorant.
Jekk l-iblah iżomm is-skiet, jitqies mal-għorrief.Meta ma tgħid xejn taqta' figura aħjar, għax dak li ma tgħidx ma jistgħux jiġġudikawk fuqu.
La teħodhiex ma’ min jaqra fl-istess ktieb.Tippruvax turi li inti iżjed għaref minn min ilu midħla fil-qasam ħajtu kollha.
Għaref f’raħlu mhux mismugħ, jitkellmu warajh biex imaqdruh.Xi membri tal-familja ma jġibulekx rispett.