Min jiftaħ għajnejh m’hemmx bżonn isodd widnejh.Min hu għaref ma jemminx kull ma jisma', għax ikun kapaċi jiddixxerni.
Karta f’idejn pastaż, għasfur f’idejn it-tfal.Min ma jiħux ħsieb jew japprezza dak li għandu huwa injorant.
Għalhekk l-għaġuża ma tridx tmut, għax aktar ma tikber iżjed titgħallem.M'hemmx età għat-tagħlim. Għaġuża hija mara xiħa.
L-għorrief ħasbuha u l-boloh għamluha.Min hu għaref ma jaqbadx u jagħmel kulma jiġih f'moħħu, bħall-iblah.
Id-dinja tħabbtek iżjed minn imgħallmek.Titgħallem iktar bit-tiġrib tal-ħajja milli bi kwalunkwe ħaġa oħra.
Fost il-għomja, min għandu għajn waħda sultan.Meta tqabbel ħaġa ma oħra trid toqgħod attent u tara l-istampa sħiħa.