Karta f’idejn pastaż, għasfur f’idejn it-tfal.Min ma jiħux ħsieb jew japprezza dak li għandu huwa injorant.
Għall-faqsi xejn la tistaqsi.Dari kienu jemmnu li min għandu xagħru ħamrani (faqsi) mhux intelliġenti.
Jekk l-iblah iżomm is-skiet, jitqies mal-għorrief.Meta ma tgħid xejn taqta' figura aħjar, għax dak li ma tgħidx ma jistgħux jiġġudikawk fuqu.