Il-qabla tgħajjat u l-muluda siekta.Kollox ta' taħt fuq, bħall-omm li qed tiled (= il-muluda) li minflok tgħajjat bl-uġigħ tibqa' siekta u l-qabla (= il-majjistra) li minflok iżżomm il-kalma taqbad tgħajjat.
La titlef ir-raġel ikollok tbakkar u tagħġen.In-nisa romol kienu jbati ħafna fl-antik biex irabbu familja.
Dari dari u darek darek; mieli mieli u mielek mielek.Kulħadd jieħu ħsieb dak li hu tiegħu u għandu jagħmel l-istess b'ta' ħaddieħor.
Bl-ulied kollha jaqilgħu xi sold, il-missier jista’ jibni fil-fond.Il-paga tal-ulied isservi wkoll għall-familji li jbatu finanzjarjament.