Il-borma taqlibha għal fommha, il-bint tixbah lil ommha.L-omm għandha influwenza kbira fuq il-iżvilupp tal-karattru ta' bintha.
Aħjar imreddgħa Qormija minn waħda Żebbuġija.Storikament il-kolera kienet laqtet lil Ħaż-Żebbuġ agħar minn Ħal Qormi, u allura l-imreddgħa (mara li kienet tredda' lit-tarbija minflok l-omm) minn Ħal Qormi kienu iżjed mixtieqa.
Il-qgħad id-dar ma fihx għar.Mara tad-dar m'għandhiex għalfejn tistħi għax li tagħmel xorta xogħol. Għar tfisser mistħija jew għajb.