Jekk it-tfal tagħtihom il-lala, jitilgħu fuq rasek.It-tfal jagħmlu li jridu bik jekk ma żżommilhomx ir-riedni.
Fost l-aħwa min bil-palju u min ikarkar ix-xatba.L-aħwa kollha għandhom karattru differenti u kollha jsibu triq differenti.
Tfal u bhejjem għali dejjem.Dari l-familji kienu jbatu mhux biss biex irabbu l-bhejjem, iżda wkoll it-tfal.
Il-ħajja tal-bnejta bħal mindil fil-bejta.Dari t-tfajliet kienu ddestinati li jbatu bix-xogħol tad-dar. Bnejta tfisser tfajla u mindil tfisser sarvetta.